Student Franċiż ta’ 16-il sena attakka u qatel għalliema tal-Ispanjol b’sikkina fi skola fi Franza.
Kelliem għall-gvern Franċiż ikkonferma dan l-attakk, u l-pulizija Franċiża daħlet fl-iskola minnufih u arrestat liż-żgħażugħ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li l-istudent daħal fil-klassi waqt li l-mara kienet qed tgħallem u attakkaha.
Hija mietet ftit tal-ħin wara wara li s-servizzi tal-emerġenza waslu fuq il-post.
Sa issa jidher li dan l-attakk ma kienx wieħed ta’ terroriżmu.