Uffiċjal ta’ Transport Malta ġarrab ġrieħi gravi hekk kif intlaqat minn karozza waqt li kien qed jagħlaq triq.
L-uffiċjal ta’ 51 sena kien qed jagħlaq Triq l-Infetti, taħt l-Imdina minħabba inċident tat-traffiku aktar kmieni filgħodu, fejn inqelbet karozza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa kien qiegħed viċin il-mutur tiegħu, meta karozza misjuqa minn raġel ta’ 46 sena laqtet il-mutur u l-uffiċjal.
Huwa ttieħed l-isptar għall-kura, u ftit wara, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.