Matul is-sena li għaddiet, il-bank HSBC irrapporta profitt qabel it-taxxa ta’ €57.3 miljun.
Dan jirriżulta f’żieda ta’ aktar minn €300 miljun fuq is-sena ta’ qabel.
L-HSBC ta rendikont dwar il-prestazzjoni finanzjarja tal-bank matul is-sena l-oħra, fejn attribwixxa t-titjib fil-profittabilità għaż-żieda fir-rati tal-imgħax li qed jogħlew, id-dħul mill-assigurazzjoni, dħul ogħla mill-kummerċ, progress fuq it-tmexxija tal-ispejjeż, u rkupru sinifikanti fuq self kummerċjali mhux produttiv.
Iċ-ċifri għas-sena 2021 juru kif anki d-depożiti tal-klijenti żdiedu b’6% għal €5,971 miljun fil-31 ta’ Diċembru li għadda.
Il-bank innota kif l-investiment kontinwu li qed jieħu qed iwassal għal aktar servizzi diġitali li jiffaċilitaw il-ħajja tal-klijenti filwaqt li jipprovdu aktar sigurtà.