ESKLUSSIVA – One Sport jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu Mosta FC daħlu protest fil-konfront ta’ Valletta FC hekk kif skont il-klabb Mosti l-plejer ta’ Valletta FC Nilton Rodrigues Soares ma’ kienx eleġibli li jilgħab fil-partita tal-Ħadd li għadda valida mill-Kampjonat Premier.
L-argument prinċipali ta’ Mosta FC huwa l-fatt li l-brażiljan ta’ 29 sena lagħab ma’ tlett klabbs fl-stess staġun, xi ħaġa li ma tistax isir.
Inċidentalment Nilton Rodrigues Soares tkeċċa lejn tmiem il-konfront bejn Valletta FC u Mosta FC li spiċċa f’parita ta’ 0 – 0.
Jekk Mosta FC jiġu mogħtija raġun mill-bord tal-appelli tal-MFA, allura huma jingħataw tlett punti filwaqt li Valletta FC jitilfu l-punt li rebħu fil-grawnd. Jekk il-protest ma jiġix milquħ, iż-żewġ timijiet iżommu l-punt li rebħu nhar il-Ħadd.