Libjan ta’ 50 sena se jingħata sentenza l-ġimgħa d-dieħla wara li wieġeb li hu ħati li seraq karozzi u għamara.
Abdulsalam Salem Ben Hamed tressaq il-Qorti lbieraħ filgħaxija quddiem il-maġistrat Gabriella Vella, akkużat b’serq aggravat ta’ għamara u Morris Minor minn villa fl-Imsida, f’Jannar li għadda. Ben Hamed ġie mixli wkoll b’serq aggravat ta’ tliet karozzi minn showroom fil-Ħamrun, dan ix-xahar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa wieġeb li hu ħati ta’ dawn l-akkużi, u ta’oħrajn relatati mal-ksur ta’ ordni ta’ probation. Ammetta wkoll li kien reċidiv.
Sakemm il-Maġistrat Gabriella Vella tagħti s-sentenza fis-27 ta’ Frar, huwa se jinżamm arrestat.
Ritratt: morrisminorspares.com