Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, seħħet serqa minn ħanut fi Triq Ġużè Orlando, Birkirara.
Raġel mgħammad u armat b’sikkina daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 31 sena residenti Ħ’Attard. Il-ħalliel
ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.