Ftehim informali dwar it-tariffi tar-roaming inltlaħaq ilbieraħ, biex issa t-tariffi l-ġodda ta’ min juża l-mobile barra minn pajjiżu se jkunu madwar 90% irħas.
Ilbieraħ saret laqgħa importanti ferm bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea – u matulha intlaħaq qbil li ta d-daqqa finali lit-tariffi tar-roaming. Id-deċiżjoni se tkun implimentata minn Ġunju li ġej, b’mod li ħafna Ewropej ikunu jistgħu jmorru għall-btala tas-sajf tagħhom mingħajr ma jħallsu l-prezzijiet meqjusa esaġerati biex jikkomunikaw bil-mobile tagħhom.