Voluntiera fit-Turkija poġġew bżieżaq ħomor fuq it-tifrik ta’ bini mġarraf, biex ifakkru lit-tfal vittmi tat-terremoti riċenti.
Immexxija mill-fotografu Ogun Sever Okur, il-volontiera telgħu fuq il-fdalijiet f’Hatay u waħħlu bżieżaq ma’ wajers tal-metall li hemm ħirġin mill-munzelli tal-ġebel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għexieren ta’ eluf ta’ nies inqatlu fin-Nofsinhar tat-Turkija u fit-Tramuntana tas-Sirja wara terremot ewlieni li seħħ fis-6 ta’ Frar, segwit minn sensiela ta’ terremoti oħra.