Il-kampjonati Ewropej tal-Pool kellhom bidu soddisfaċenti għat-timijiet Maltin hekk kif kisbu numru ta’ rebħiet konviċenti. It-tim Malti A tal-irġiel kiseb żewġ rebħiet identiċi ta’ 8-7 kontra l-Irlanda u Franza filwaqt li t-tim Malti B rebaħ lil Wales 8-7 filwaqt li safa’ megħlub mill-Irlanda ta’ Fuq 9-6. It-tim Malta C kiseb żewġ rebħiet kbar kontra Cipru 12-3 u kontra l-Portugal C 13-2.
It-tim Malti femminili kellu prestazzjoni tajba kontra Wales fejn ħareġ tellief bl-iskor ta’ 5-10. Iż-żgħażagħ Maltin ta’ taħt -il 21 sena lagħbu kontra xulxin bit-tim A joħroġ rebbieħ bl-iskor ta’ 8-1.
Iż-żgħazagħ Maltin tal-kategorija ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena kellhom prestazzjonijiet soddisfaċċenti fejn it-tim A għeleb lill-Irlanda A 5-4 filwaqt li t-tim B kiseb rebħa kbira ta’ 7-2 fuq it-tim Belġjan.
It-timijiet tal-Over 50’s kisbu żewġ rebħet konvinċenti bit-tim A jegħleb lill-Irlanda 10-5 filwaqt li bl-istess skor it-tim B għeleb lil Skozja B. Rebħa oħra soddisfaċenti ġiet reġistrata mit-tim tal-Over 60’s li għeleb lil Wales bl-iskor ta’ 7-2.
Il-kampjonati ewropej tal-Pool qed isiru f’pajjiżna.