L-eks President Amerikan Jimmy Carter, li għandu kanċer terminali, iddeiċeda li jtemm il-kura medika u, minflok, jibda jingħata l-assistenza professjonali meħtieġa biex ikun jista’ jgħaddi l-aħħar jiem ta’ ħajtu f’daru, f’Georgia.
Il-kanċer magħruf bħala melanoma li nfirixlu lejn il-fwied u lejn moħħu.
Carter li għandu 98 sena huwa l-akbar eks mexxej tal-Istati Uniti u serva bejn l-1977 u l-1981, wara li ma assigurax it-tieni terminu tiegħu fil-konfront kontra Ronald Reagan.
Waqt it-tmexxija tiegħu huwa affaċċja fost l-oħrajn sensiela ta’ sfidi marbuta mal-politika barranija.