Id-delegati Maltin tal-EHF Alan Grima u Marylyn Agius ġew nominati mill-Federazzjoni Ewropea tal-Handball biex imexxu l-logħbiet internazzjonali fi tmiem il-ġimgħa.
Alan Grima se jkun f’Thun l-Isvizzera għall-partita tat-tieni leg tal-aħħar 16 tal-EHF European Cup tal-Irġiel bejn Wacker Thun u HC Dukla Praha mir-Repubblika Ċeka. Ir-referees nominati għall-partita huma Ramesh Thiyagarajah u Suresh Thiyagarajah mill-Ġermanja.
Marylyn Agius se tkun qed tiddelega l-partita tat-tieni leg tal-kwarti tal-finali tan-Nisa tal-EHF European Cup fi Spanja, preċiżament f’Gijon fejn it-tim ospitu Motive.co Gijon jilgħab kontra tim Spanjola ieħor ATTICGO BM Elche. Ir-referees nominati għall-partita huma Zan Puksic u Miha Satler mis-Slovenja.