Liza May Camilleri ma nstabitx ħatja mill-Qorti li ġiegħlet lil bintha biex tixhed kontra missierha Emanuel Camilleri.
Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Ian Farrugia spjega li l-Prosekuzzjoni kkonkludiet li, fiċ-ċirkostanzi tal-każ, ma setgħetx issib lill-akkużata ħatja.
Fl-2011, Emanuel Camilleri kien intbagħat sentejn ħabs wara li kien instab ħati li abbuża minn bintu, li dak iż-żmien kienet minorenni.
Ir-raġel kien issielet biex jipprova l-innoċenza tiegħu u saħansitra, kien qal li bintu kienet imġiegħla minn ommha biex tgħid li kkorrompieha.
Wara inkjesta maġisterjali fl-2015, bintu kienet ammettiet li kienet gidbet u li fil-fatt kienet tqabbdet biex tagħmel dan minn ommha u minn qrabatha.