Tibda b’mod uffiċjali l-avventura ta’ Gilbert Agius barra minn xtutna dan hekk kif matul il-ġurnata tal-Erbgħa huwa wasal l-Indoneżja u kien preżentat b’mod uffiċjali bħala l-kowċ il-ġdid ta’ PSIS Semarang.
Wara 22 ġurnata fil-Kampjonat, PSIS Semarang jew kif inhuma wkoll magħrufin Laskar Mahesa Jenar, jinsabu fit-tmiem post fil-klassifika b’total ta’ 32 punt.
F’din l-avventura ġdida, l-ex kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena ser ikun wkoll qed jikkowcja lill-Taisei Marukawa li diġà lagħab taħt t-tmexxija tiegħu meta kien fit-tmun tat-tim ta’ Valletta FC.
F’kummenti li ta’ ic-CEO tal-klabb Yoyok Sukawi li sit uffiċjali tagħhom, huwa sostna li wara li kellhom diversi diskussjonijiet ma’ Gilbert Agius, huma jemmnu li l-pjan tiegħu huwa wieħed tajjeb ħafna u jagħmel sens għat-tmexxija ta’ PSIS Semarang.
Sukawi sostna wkoll li l-fatt li l-kowċ Malti fl-aħħar avventura tiegħu ħadem f’ambjent ġiovanili, kien fattur ieħor importanti għaliex l-moġġoranza tal-skwadra tagħhom hi iffurmata minn diversi plejers żagħżagħ.
Fl-aħħar nett huwa sostna wkoll li l-kwalitajiet ta’ Gilbert Agius ser ikunu qed jgħinu lit-tim jimxi l-quddiem f’diversi aspetti b’mod speċjali fl-aspett tattiku.
Gilbert Agius iffirma kuntratt li jżommu fit-tmexxija ta’ PSIS Semarang sa 2025.