Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Gvern ma jinvestigax ġurnalisti.
Dan b’rabta ma’ ittra li bagħat id-Direttur Eżekuttiv tal-Maltatoday Saviour Balzan dwar talba minn Steward Health Care lill-Gvern biex jinvestiga l-Editur tal-Maltatoday Matthew Vella.
Fi stqarrija li fiha anki ġiet ippubblikata l-ittra mibgħuta lil Balzan, il-Prim Ministru saħaq li l-Gvern kommess li jibqa’ jkun hemm ambjent fejn il-ġurnalisti jitħallew jagħmlu xogħolhom.
Aktar kmieni kkummenta l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard, li ddeskriva t-talba għal investigazzjoni ta’ ġurnalist bħala non-starter u fakkar f’inizjattivi li ħa l-Gvern biex propju jipproteġi lill-ġurnalisti.
Fix-xhur li għaddew, il-Gvern ressaq abbozzi ta’ liġi meqjusa bħala riforma storika li se jagħtu l-ogħla protezzjoni lill-ġurnalisti fl-istorja.
Dan billi fost oħrajn se jiħraxu l-pieni għal reati fuq ġurnalisti minħabba li jkunu wettqu xogħolhom.