Mis-sajf tal-2024, se tibda topera minn u lejn pajjiżna rotta ġdida lejn Belfast, fl-Irlanda Ta’ Fuq, mil-linja tal-ajru Jet2.
Ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, li fuq il-midja soċjali kiteb kif dan huwa pass ieħor fil-ħidma biex tissaħħaħ il-konnettività ta’ pajjiżna, anki jekk sena bil-quddiem.
Fuq is-sit elettroniku tagħha, il-linja tal-ajru Brittanika ħabbret li r-rotta lejn Malta hija fost numru ta’ rotot ġodda għax-xhur li ġejjin, flimkien ma’ investimenti oħra fl-ajruport ta’ Belfast u f’ajruplani ġodda.