Intbagħat lura lejn pajjiżu l-Indoenżjan ta’ 33 sena li fil-Qorti kien instab ħati li f’Settembru tal-2020 seraq u attakka anzjan f’Tal-Pietà.
Flimkien mal-Indoneżjan Deko Susanto, kienu tressqu l-Qorti tlett irġiel oħra u li kienu weħlu 13-il sena ħabs bejniethom.
Hekk kif Susanto skonta s-sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, il-Pulizija bdiet il-proċess sabiex huwa jiġi deportat lejn pajjiżu.
Il-Ministeru għall-Intern fuq Facebook qalu li “il-Pulizija ħadmu biex solvew ir-reat u ressqu l-aggressuri l-Qorti, kif ukoll segwew biex wara li skonta sentenza ta’ priġunerija, dan il-persuna ma baqax jirrisjedi f’pajjiżna u issa qiegħed lura fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.”