Il-Partit Nazzjonalista aħjar jara x’jista’ jagħmel hu biex jibdel l-affarijiet.
Kien dan il-kumment ta’ Kurt Sansone, ġurnalist ta’ esperjenza, li fi blogg fuq il-Maltatoday tkellem bħala ‘armchair critic’.
Dan wara li dawk li jikkummentaw dwar is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista ġew deskritti bħala “armchair critics”, jiġifieri kritiċi dilettanti jew bla esperjenza prattika, f’Kunsill Ġenerali b’diskorsi arroganti jew ddominati mill-firda li hemm fil-Partit Nazzjonalista.
“L-armchair critics jagħtuna ħafna pariri, ħafna lezzjonijiet b’dak li jiktbu u jgħidu.”
Lil dawk li telqu mill-Partit Nazzjonalista biex appoġġjaw lill-Partit Laburista, Lauri, li hija qrib ħafna tal-għaqda Repubblika, sejħitilhom opportunisti.
Lil dawk li forsi għamlu pass lura għax il-politika tal-Partit Nazzjonalista m’għoġbithomx sejħitilhom beżżiegħa.
“Il-beżżiegħa jitilqu mill-Partit.”
Fl-istess ħin, fetħitilha fuq l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika.
“Se ngħid naqra fuq dawn is-surveys. Jien il-President tar-Riċerka Politika u ma nistax ma nsemmihomx.
Meta taqraw dawk l-imberkin surveys, aqrawhom b’dan f’moħħkom: li hemm margin of error, plus or minus three per cent. Ejja nkunu bil-għaqal.”
Dwar dan Kurt Sansone kiteb: “Hemm ħafna fil-Partit Nazzjonalista biex wieħed ikun frustrat u s-surveys u l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika definittivament mhux waħda minn dawn il-kwistjonijiet.”
“Imma min jien biex ngħid lill-Partit Nazzjonalista x’jagħmel? Wara kollox jien armchair critic li l-opinjoni tiegħi tista’ tkun skartata u mormija fiż-żibel?” żied jgħid il-ġurnalist ta’ esperjenza.
Evidentement, din kienet botta diretta għall-attitudni tal-magħżula tal-establishment għal Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista.
“L-armchair critics jagħtuna ħafna pariri.”