Kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Davide Manunta ta’ 35 sena, li huwa mixli li kkawża l-mewt tal-kollega tiegħu, Karmenu Micallef fi Frar ta’ sena ilu.
Hawn intqal li t-trakk misjuq mill-imputat, allegatament kien diġà nstaq minn fuq il-vittma diversi drabi, qabel ma l-imputat induna li l-vittma kien mejjet.
F’seduta oħra kien instema’ kif iż-żewġ ħaddiema kienu qed jittrasportaw vireg fi trakk minn triq dejqa, u l-imputat ma setax ikompli jsuq, għalhekk Micallef ħareġ biex jaralu, u kien hawn li allegatament inġarr mit-trakk.
Fil-Qorti xehed l-espert tal-Qorti, Dr Mario Buttigieg, li stqarr li l-vittma ttajjar mir-rota ta’ quddiem tan-naħa tal-passiġġier, u t-trakk għadda minn fuqu numru ta’ drabi.