Investigazzjonijiet intensivi dwar allegat importazzjoni ta’ droga, wasslet għal sejba ta’ madwar 6kg droga suspettata kannabis u għall-arrest ta’ żewġ persuni.
Wara informazzjoni li d-droga allegatament kienet qiegħda tinġarr fi trailer bħala parti minn merkanzija, it-Tlieta filgħodu, il-Pulizija segwiet l-imsemmija vettura sakemm twaqqfet flakwati ta’ Ħal Far.
Minn tfittxija li saret fit-trailer, bl-assistenza tad-Dipartiment tad-Dwana, il-Pulizija sabet ddroga moħbija ġo friġġ li kienet parti mill-istess merkanzija. Ix-xufier ta’ 53 sena ġie arrestat, waqt li aktar tard, ġie arrestat raġel ieħor ta’ 43 sena.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Iż-żewġt irġiel qed jinżammu fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana.