Halyna Motruk ta’ 27 sena mill-Ukrajna ngħatat sentenza sospiża u multa ta’ €4,000 wara li ammettiet li kkawżat ġrieħi gravi fuq raġel u rreżistiet l-arrest b’mod vjolenti.
Hija kienet mixlija fit-tnax ta’ Frar f’San Pawl il-Baħar, hija kienet f’sakra kbira fil-pubbliku, u apparti li kkawżat ġrieħi gravi, kisret il-paċi pubblika u rreżistiet tliet Pulizija.
Fil-Qorti ġie preżentat filmat minn camera tas-sigurtà, u huwa mifhum li hi u r-raġel li weġġgħet ma jafux lil xulxin.
Ġie spjegat ukoll li l-argument bejn iż-żewġ persuni beda minn argument verbali bejn l-akkużata u l-vittma.
Id-difiża talbet lill-Qorti sabiex tikkunsidra l-kondotta nadifa tal-imputata, u tagħti sentenza sospiża.
Hija ingħatat sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin, kif ukoll multa ta’€4,000.