“Imħabbti” hija produzzjoni ta’ G Media ppubblikata f’Jum San Valentinu: il-jum tal-maħbubin.
Il-messaġġ ta’ din il-produzzjoni hu li l-imħabba hija versatili. Infatti, din il-produzzjoni tesplora diversi forom ta’ mħabba: fih intervista ma’ koppja gay li bdew il-proċess biex jaddotaw, intervista ma’ omm b’tewmin, omm ta’ tifla b’abilitajiet differenti, u Kevin u Kurt Calleja, li jitkellmu dwar l-imħabba bejn l-aħwa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn dawn l-intervisti, toħroġ l-importanza li l-imħabba tiġi ċċelebrata fl-intier tagħha, kemm jekk hija waħda romantika, fraternali jew maternali.