Ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest, THE BUSKER se jkunu l-mistiedna speċjali ta’ Luke Dalli waqt AWLA ta’ din il-ġimgħa. Ħafna mistoqsijiet u kurżitajiet dwar ‘The Busker’ se jiġu mwieġba fl-edizzjoni ta’ AWLA ddedikata għall-Eurovision Song Contest.
Min mit-tlieta huwa l-aktar vanituż? l-aktar romantiku? u min minnhom se jiżżewweġ is-sena d-dieħla? F’dan il-programm ‘The Busker’ se jiltaqgħu mal-iżgħar ammirattriċi tagħhom, Luċija.
Apparti dan, AWLA se jlaqqa’ panel ta’ nies li jitkellmu dwar il-Malta Eurovision Song Contest u dwar is-sehem ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej f’Liverpool.
AWLA jixxandar it-Tlieta fid-9pm fuq ONE