Il-militar Amerikan qal li sensors minn bużżieqa Ċiniża ġew irkuprati mill-Oċean Atlantiku.
L-ekwipaġġi tat-tiftix sabu fdalijiet sinifikanti mill-bużżieqa, inklużi sensors u biċċiet minn apparat elettroniku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-FBI qed teżamina l-oġġetti, li l-Istati Uniti qed tgħid li ntużaw għall-fini ta’ spjunaġġ. Apparti l-bużżieqa kbira, l-Istati Uniti interċettaw tliet oġġetti oħra li kienu qed jittajru fl-ajru, mill-4 ta’ Frar s’issa.
L-Awtoritajiet Ċiniżi qed isostnu li l-bużżieqa li ttajjret fuq territorju Amerikan kienet biss oġġett li jissorvelja t-temp, li spiċċat f’post ħażin kawża tat-temp innifsu.
Ritratt: US Navy
Aqra Iktar