Wasal lura Malta mit-Turkija l-kontinġent ta’ 32 uffiċjal tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta li għamel ġimgħa jgħin fl-operazzjoni tat-tiftix u s-salvataġġ fil-belt ta’ Malatya wara t-terremoti qawwijin li għamlu fin-naħa t’isfel ta’ dak il-pajjiż kif ukoll fis-Sirja.
Fl-ajruport ta’ Malta l-membri tat-tim intlaqgħu minn qraba, ħbieb u anki Torok li joqogħdu Malta, li tawhom ċapċipa ta’ apprezzament.
It-terremot, li mmarka forza ta’ 7.8, għamel ħerba minn żoni sħaħ u l-għadd tal-mejtin qabeż il-35,000.