Il-Pulizija qed tavża li nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Frar, ma jistgħux jgħaddu vetturi minn madwar il-monument tal-ħelisien, mill-Birgu waterfront u mill-parking area qrib il-Forti Sant’Anġlu. Vetturi li jinstabu pparkjati f’dawn iz-zoni se jitneħħew permezz ta’ towing. Dakinhar f’pajjiżna se jkun qed isir summit informali tal-Unjoni Ewropea.