Fl-ewwel logħba tal-Ħadd mill-Kampjonat Premier, Balzan rebħu 3 – 2 minkejja li kienu f’żvantaġġ ta’ żewġ gowls.
Fl-ewwel azzjoni tal-logħba Pieta marru fil-vantaġġ meta Armen Hovhannisyan qabad lill-gowler Jonathan Debono barra minn postu u b’lob perfett tefa’ il-ballun fix-xibka u lill-Pieta’ fil-vantaġġ. Ir-risposta ta’ Balzan kienet immedjata meta Matheus Nogureira prova xutt bid-dawra li kien salvat mill-goalkeeper Simone Moschin.
Ma’ kważi kwarta logħob u mill-ġdid kienu Balzan meta kien Angel Torres li prova kross li sab lill-Aleksa Andrjeic li ra x-xutt tiegħu jigi mdwarrar f’korner. L-azzjonijiet komplew jalternaw meta fit-23 minuta Pieta’, permezz ta’ Hovhannisyan, pruvaw joholqu periklu serju iżda l-konklużjoni ġiet immblukkata minn Jonathan Debono.
Pieta jirduppjaw fil-28 minuta meta kien Takuma Yamaguchi, li wara l-irċieva pass fit-tul, ikkontrolla u b’xutt mill-isbaħ għeleb lill-goalkeeper Debono għal 2 – 0.
Balzan naqsu l-marġni tal-iskor eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima meta kien Angel Torres li prova xutt li wara li ħabat mal- lasta l-minduda intemm fix-xibka, biex bl-iskor ta’ 2-1 intemmet l-ewwel taqsima.
Fl-54 minuta b’risposta Pieta’ meta kien Hovhannisyan li prova freekick li għadda ftit barra. Minn hawn il-quddiem Balzan iddominaw u fil-72 minuta kross ta’ Zak Grech li spicca għand Bogdan Mladenovic li kellhu x-xutt fil-baxx tiegħu salvat mill-goalkeeper ta’ Pieta’. Minuta biss wara Balzan għamlu l-iskor indaqs meta kien s-sostitut Bojan Kaljevic li bi free-kick perfett xeħet l-ballun fix-xibka u għamel l-iskor 2-2.
Għaxar minuti mit-tmiem u Balzan resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ meta Zak Grech għadda lejn Delvin Ndinga li kellhu x-xutt tiegħu jispiċċa mal-lasta.
Minuta biss wara Balzan skorjaw il-goal tar-rebħa meta kien l-istess Delvin Ndinga li b’xutt tajjeb għeleb lill-goalkeeper ta’ Pieta’ Simone Moshin għal skor finali ta’ 3 – 1 favur Balzan.
Referee: Trustin Farrugia Cann
Plejer tal-lobgħa: Delvin Ndinga (Balzan)