Oġġett ieħor, mhux identifikat, li kien qed jittajjar fit-territorju tal-Kanada twaqqa’. Ikkonferma dan il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau, huwa qal li l-oġġett twaqqa’ minn ajruplan tal-ġlied Amerikan l-F-22.
Dan kien it-tielet każ din fl-aħħar ġimgħa ta’ oġġett li jkun qed jittajjar fuq l-Amerika. Fil-fatt, fl-ewwel każ, li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għadda, il-militar Amerikan qered bużżieqa Ċiniża, nhar il-Ġimgħa li għadda twaqqa’ oġġett ieħor fl-Alaska u l-aħħar każ seħħ ilbieraħ.
Il-forzi Kanadiżi se jkunu qed jispezzjonaw l-oġġett biex jiskopru aktar dettalji.
Ritratt: Getty Images