Ingliż ta’ sebgħa u sebgħin sena li jgħix ix-Xagħra tilef ħajtu f’inċident fuq bejt ta’ residenza fi Triq ta’ Gorf fix-Xagħra Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ meta r-raġel intlaqat minn oġġett li waqa’ fuq rasu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Huwa ttieħed l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura iżda sfortunatament, tilef ħajtu ftit wara.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.