Malta se tkun qed tibgħat 32 ħaddiem ieħor tal-Protezzjoni Ċivili u 8 volontiera oħra fit-Turkija.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fuq Facebook hekk kif spjega li dawn il-ħaddiema u l-volontiera ser ikunu qed jieħdu post it-32 ħaddiem li marru t-Turkija iktar kmieni din il-ġimgħa, hekk kif huma se jkunu qed jirritornaw lura pajjiżna fil-jiem li ġejjin.
Dawn il-ħaddiema u l-volontiera ser jagħtu sehemhom fil-ġlieda kontra l-ħin li tinsab għaddejja, bit-tama li jinstabu aktar nies ħajjin qalb it-tifrik li ħallew it-terremoti qawwija fit-Turkija u fis-Sirja.
Il-Ministru Camilleri temm jgħid li l-Protezzjoni Ċivili ser tkompli bil-ġbir tagħha, b’risq il-vittmi tat-terremoti.