Enemalta plc reġġgħet lura s-servizz tal-elettriku lill-klijenti tagħha fl-iqsar żmien possibli wara li diversi nħawi tal-pajjiż inqatgħetilhom il-provvista wara ħsarat fit-terminal talInterconnector bejn Malta u l-Italja f’Ragusa.
Il-qtugħ seħħ f’nofsinhar neqsin għoxrin minuta
Il-qtugħ m’affettwax lill-klijenti kollha peress li t-tekniċi tal-Kumpanija rnexxielhom iżommu l-provvista mis-sorsi ta’ ġenerazzjoni lokali, fosthom dawk tal-Power Station ta’ Delimara għaddejjin, minkejja l-effett tal-ħsara f’Ragusa
Timijiet t’inġiniera u tekniċi fiċ-Ċentru tal-Kontroll tan-Netwerk ta’ Enemalta fil-Marsa, filPower Station ta’ Delimara u f’installazzjonijiet oħrajn tas-sistema tad-distribuzzjoni talelettriku mill-ewwel bdew jaħdmu biex ireġġgħu lura l-provvista lill-klijenti milquta’.
Mill-ewwel bdiet ukoll ħidma biex l-Interconnector jinxtegħel mill-ġdid.
Sa nofs siegħa wara dan il-qtugħ, il-provvista tal-elettriku bdiet titreġġa’ lura lill-klijenti, tant li sas-siegħa ta’ wara nofsinħar madwar 75% tal-klijenti kienu ngħataw lura s-servizz.
Il-provvista ngħatat lura lill-klijenti l-oħra ftit ħin wara.
Il-kumpanija qed taħdem mal-inġiniera tal-kumpaniji imsieħba tagħha fi Sqallija sabiex tistħarreġ il-kawża tal-ħsarat u tieħu kwalunkwe prekawzjonijiet meħtieġa sabiex tkompli tnaqqas dawn it-tip ta’ riskji.
Enemalta rringrazzjat lill-ħaddiema tagħha li mill-ewwel wieġbu għal din l-emerġenza, sabiex jiżguraw li l-klijenti jingħataw il-provvista mill-aktar fis. Irringrazzja wkoll lil klijenti kollha tagħha għall-koperazzjoni tagħhom, filwaqt li jiddispjaċiha għal kull inkonvenjent minħabba dawn il-ħsarat.