Bibien is-sema baqgħu miftuħin sew anke fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, hekk kif il-maltempata Helios, kompliet tolqot lill-ġżejjer Maltin.
Ħaddiema mid-Divizjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni bħalissa għaddejjin b’ħidma biex inaddfu t-toroq u l-ħsarat ikkawżati mill-maltemp.
Dan hekk kif kawża tax-xita bosta lokalitajiet sfaw milquta b’materjal bħall-ħamrija spiċċa f’nofs ta’ triq.
Kien għalekk li l-ħaddiema b’ħidma kkoordinata mid-Direttur Ġenerali Ramon Deguara, bdew ix-xogħol ta’ tindif biex b’hekk il-lokalitajiet jerġgħu jiġu lura għan-normal.