Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li l-ħaddiema Għawdxin kollha li jmisshom ix-xift ta’ bil-lejl fid-djar tal-anzjani f’Malta jistgħu jirrappurtaw għax-xogħol f’Dar Padova Għawdex.
Il-Ministru qal kif “qegħdin naħdmu biex ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta u li jaqgħu taħt ir responsabilità tal-Ministeru għall-Azjanità Attiva ma jaqsmux il-fliegu bejn illum u għada filgħaxija u jirrapurtaw għax-xoghol f’Dar Padova Għawdex minħabba is-sitwazzjoni prekarja tat-temp li ħakem il-gżejjer Maltin. L-impjegati Għawdxin imsemmija mitluba jagħmlu kuntatt mas-superjuri tagħhom fl-inqas żmien possibbli.”