Madwar elfejn atleta irreġistraw sabiex jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Maratona ta’ Malta li se ssir il-Ħadd 26 ta’ Frar.
Din se tkun it-38 edizzjoni tal-Maratona u ħa tkun qed tirritorna wara assenza ta’ tliet snin minħabba l-pandemija.
Minbarra l-Maratona t-twila b’distanza ta’ 42.195 Kilometri hemm ukoll in-Nofs Maratona . Se ssir ukoll il-Malta Endo Walkathon b’distanza ta’ 21.097 Kilometri.
Kollox jibda mill-Mdina u jintemm ix-xatt Tas-Sliema. Ir-rotta tal-Maratona tinsab fil-website uffiċjali: https://www.maltamarathon.com/marathon_route_description_map.htm
L-ewwel Maratona kienet saret fl-1986. L-għan huwa dejjem li jinkisre ir-rekord li kien twaqqaf fl-2013 mill-marokkin Mohammed Hajjy b’ħin ta’ 2:16:06. Ir-rekord femminili ilu 29 sena f’idejn , il-brittannika Carolyn Hunter Rowe b’ħin ta’ 2:40:28.