Ħafna Maltin u Għawdxin qed jgħinu lit-Turkija u s-Sirja f’dan il-mument. Kontinġent mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili mar it-Turkija jagħti l-għajnuna tiegħu filwaqt li bosta kunsilli lokali qed jiġbru oġġetti u prodotti biex jgħinu lil dawk milquta. Dan kollu se jkun diskuss MADWAR MEJDA, il-Ħamis filgħaxija mal-preżentatur Wayne Aquilina u l-ġurnalista Nicole Buttigieg.
MADWAR MEJDA din il-ġimgħa niltaqgħu ukoll ma’ Kyran Bonello, il-ġuvni li grazzi għat-talent tiegħu bosta qed jitkellmu dwaru, kif ukoll tfajla b’storja ta’ ispirazzjoni hekk kif qed taspira għall-karriera ta’ stilista tax-xagħar grazzi għall-Alternative Learning Programme.
Wara r-rapport li ħareġ aktar kmieni din il-ġimgħa, MADWAR MEJDA se jitkellem ukoll dwar il-kriminalita’ f’pajjiżna mal-kriminologu Saviour Formosa u l-Ispettur Clive Victor Borg
MADWAR MEJDA, kull nhar ta’ Ħamis fid-9pm fuq ONE