Fuq talba tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, Caritas Malta f’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il-poplu tat-Turkija u s-Sirja.
Dan hekk kif dawn għaddejjin minn tbatija kbira minħabba t-terrimoti qawwija li laqtu lil dawn iż-żewġ pajjiżi.
Caritas Malta qed tappella għad-donazzjonijiet biex permezz ta’ Caritas Internationalis tingħata l-assistenza tant meħtieġa f’dawn il-pajjiżi.
Fi stqarrija mill-Kurja ntqal li l-għajnuna se tissarraf f’ikel, akkomodazzjoni u oġġetti għall-iġjene personali, bl-aktar immedjat tkun sejħa għall-ikel u wkoll kenn f’postijiet għal min tilef kollox.
Donazzjonijiet ta’ flus jistgħu jsiru f’dawn il-kontijiet bankarji:
HSBC MT22MMEB44897000000089021513051
BOV MT78VALL22013000000040023270071
APS MT31APSB77046000489010489011015
Id-donazzjonijiet jistgħu wkoll jintbagħtu b’ċekk (il-banek isarrfu biss ċekkijiet ta’ €21 ’il fuq) pagabbli lill-Fondazzjoni Caritas Malta – Emergency Aid Fund, indirizzat lil: Caritas Community Centre, Emergency Aid Commission, Triq Mountbatten, il-Ħamrun, ĦMR 1577.
Wieħed jista’ jgħaddi wkoll personalment f’Caritas Community Centre, Triq Mountbatten, il-Ħamrun u jħalli d-donazzjoni tiegħu.
Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw ukoll lill-kappillani fil-parroċċi biex jgħadduhom lil Caritas Malta.
Min jixtieq iktar informazzjoni dwar kif jista’ jgħin lis-Sirja u t-Turkija jista’ jċempel fuq 22199000.