Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa urġenti għad-demm O Positive.
Intqal li llum hemm bżonn 93 donatur tal-grupp O Positive.
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa jinsab miftuħ mit-8.00am sas-6.00pm.
Kull min se jmur jagħti d-demm huwa mitlub jieħu miegħu l-ID card u l-ilbies tal-maskra huwa meħtieġ.
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt u Facebook page https://www.facebook.com/bloodmalta
Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313
Iċ-Ċentru qed jibgħat ir-ringrazzjamenti tiegħu lid-donaturi f’isem il-pazjenti li qed jistennew!