Pajjiżna se jkun qed jipprovdi għajnuna finanzjarja lit-Turkija. Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu mill-Ministu għall-Affarijiet Barranin Ian Borg.
Flimkien mal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, ingħatat tislima lill-ħaddiema li se jivjaġġaw illejla stess. Dan huwa tim ta’ tfittxija u salvataġġ, li se jaħdem f’għajnuna kkordinata mal-organizazzjoni Türk Kızılay International. Pajjiżna se jkun qed jgħinu fl-isforzi inizjali ta’ salvataġġ fuq il-post.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
“Malta hija impenjata li turi solidarjetà mal-pajjiżi f’mumenti ta’ bżonn,” kiteb il-Ministru Borg.