Aktar kmieni llum għall-ħabta tas-13.13 l-ajruplan Boeing 797-900 tal-linja tal-ajru Gulf Air u li kien fi triqtu lejn il-Bahrain minn Casablanca, kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza wara li passiġġier abbord it-titjijra G142 kellu bżonn l-assistenza medika. Dan ikkonfermah kelliem għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Huwa spjega ma’ ONE News li f’każ bħalma ġara llum, il-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru jinnotifika lill-Ajruport dwar it-talba ta’ nżul ta’ emerġenza kif ukoll in-natura tal-emerġenza.
Fil-każ tal-lum, li kienet waħda medika, l-ajruport ikkomunika mal-Isptar Mater Dei, u mad-dipartiment tas-sigurtà tal-ajruport stress biex iħallu aċċess għall-ambulanza. Fl-istess waqt jibdew il-preparamenti fejn se jkun qed jinżel l-ajruplan fil-mitjar u jiskatta l-proċess biex il-persuna jitniżżel mill-ajruplan għal ġol-ambulanza.
Sadanittant, ħaddiema tal-ground handling jassistu għall-bżonnijiet tal-ajruplan u l-kumplament tal-passiġġiera biex jitniżżlu minn fuq l-ajruplan.