Fl-unika partita tal-Ħadd fl-Stadium Nazzjonali lagħbu Valletta u Birkirkara logħba li spiċċat fid-draw ta’ 1 – 1.
Wara sittax il-minuti free-kick dirett ta’ Alessandro Coppola b’Cain Formosa jsalva f’korner.
Fil 21 minuta Birkirkara marru fil-vantaġġ meta minn korner ta’ Kevin Tulimieri, kien Yannick Yankam li bir-ras għeleb lill- Cain Formosa u fetaħ l-skor.
Man-nofs siegħa logħob ċans tajjeb għal Valletta meta Bevis irċieva ballun tajjeb, xeħħet kross fil-baxx li iżda ħadd minn sħabu ma’ konkluda fix-xibka.
Żewg minuti wara u Valletta għamlu l-skor indaqs meta Andrea Zammit u Shaun Dimech biddlu l-ballun bejniethom li finalment wasal għand Federico Falcone li kontra l-ex tim tiegħu xeħħet fix-xibka għal 1 – 1.
Mill-ġdid Valletta fil-38 minuta meta kien Shaun Dimech li għadda ballun fit-tul lejn Killian Bevis li daħal fil-kaxxa u prova xutt li kien imblukkat mil-goalkeeper Karkariz.
Fil-43 minuta kien Andrea Zammit li minn korner dirett ta’ l-illuzjoni tal-gowl, bil-ballun jaħbat max-xibka minn barra,
Fit-tieni taqsima n-newtralizzaw lil xulin tant li l-okkażżjonijiet ta’ skor fit-tieni taqsima kienu ftit ħafna.
Kwarta mit-tmiem konkluzjoni ta’ Brandon Paiber li tagħdi kemm kemm barra mil-lasta difiża minn Nava.
Referee: Ishmael Barbara
Plejer tal-logħba: Joseph Willy (Valletta)