Anzjan ta’ disgħin sena li jgħix San Pawl il-Baħar tilef ħajtu traġikament wara li ttajjar minn karozza f’San Pawl il-Baħar stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u għoxrin ta’ waranofsinhar, fi Triq San Pawl.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan ittajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ sebgħa u erbgħin sena li jgħix il-Ħamrun.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku, fejn taw l-ewwel għajnuna, iżda ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.