Kien mument ta’ biża’ meta omm fit-tnejn u għoxrin ġimgħa ta’ tqala kellha tittieħed l-isptar hekk kif kien wasal il-ħin biex twelled. Fit-testijiet ta’ rutina li għamlet ġimgħa qabel, kollox deher tajjeb hekk kif it-tobba qalulhom li f’ġuf l-omm kien hemm żewġt itrabi b’saħħithom.
Dan hekk kif il-koppja kienet qed tistenna tewmin. Il-ġenituri ddeskrivew ix-xokk tagħhom hekk kif dik li kellha tkun tqala normali nbidlet f’ħolma kerha. Dawn it-tewmin, kienu l-aktar trabi li twieldu qabel iż-żmien fir-Renju Unit u qed jiġi deskritti bħala “żewġ mirakli żgħar.”
Imogen u Annabelle, iż-żewġ tewmin, kienu jiżnu biss nofs kilo. Il-ħajja tagħhom ma tantx bdiet tajjeb hekk kif dak li kellu jkun l-isbaħ żmien għall-ġenituri u l-familjari inbidel fi żjara rutina fl-isptar, hekk damu madwar erba’ xhur jingħataw il-kura neċċessarja biex jgħixu u kellhom ukoll jiġu operati.
Iżda llum, it-tewmin qed jgħixu ħajja li kienu se jitilfu fl-ewwel sekondi ta’ ħajjithom. It-tobba ddeskrivew li din l-istorja hija eżempju ċar ta’ xi tfisser il-kelma miraklu.