Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni viċin kumpless sportiv fil-Marsa.
Kien għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar, meta l-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel li għandu 27 sena u huwa mir-Rabat, ġarrab ġrieħi wara li waqa’ fuqu xi ħadid li kien fuq gaffa.
Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.