L-Erbgħa filgħaxija fit-Tony Bezzina Stadium, Sirens u Valletta ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 3 – 3. Din kienet partita minn MD16 li kienet ġiet posposta f’Jannar.
Il-Belt fil-vantaġġ wara tlett minuti logħob meta xutt sabiħ ta’ Shaun Dimech spiċċa wara Grech fil-lasti ta’ Sirens.
Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima u Valletta jagħmluhom tnejn meta Kylian Bevis b’xutt għar-rokna għeleb lil Grech għal 2 – 0 sal-intervall.
Wara biss tliet minuti fit-tieni taqsims, Sirena ingħataw penalty meta Joseph Willy ta’ Valletta waqqa’ lil Vaikanagh fil-kaxxa bir-referee Slobodan Petrvoic jordna penalty li minnhu Paulo Bento xeħet wara Cain Formosa li kien qed jiddefendi l-lasti beltin fil-ġurnata.
Ir-risposta ta’ Valletta waslet b’gowl b’konklużjoni mill-ewwel ta’ Federico Falcone li spiċċat fil-lasta għal 3 – 1.
Sirens naqsu l-iskor fil-67 minuta meta Kei Sano skorja għat-tim minn San Pawl il-Baħar biex l-iskor sar 3 – 2.
Meta kollox deher li l-konfront ħa jispiċċa 3 – 2, Sirens ġew mogħtija penalty ieħor hekk kif Christian Gauci deher li mess il-ballun b’idu bil-konklużjoni mill-11 il-metru ta’ Paulo Bento terġa tispiċċa fil-lasta beltija.
Referee: Slobodan Petrovic
BOV Plejer tal-Logħba – Paulo Bento (Sirens)