Missier ta’ 43 sena, li joqgħod ir-Rabat, tpoġġa taħt probation għal sena wara li ammetta li weġġa’ ħafif lil bintu ta’ 11-il sena u beżża’ lil ommha, fil-31 ta’ Mejju tal-2018, fl-istess lokalità.
Hu ġie mixli wkoll li kkaġuna ġrieħi ħfief lil mara li għandha ‘l fuq minn 60 sena.
Ir-raġel ammetta l-akkużi miġjubin kontrih filwaqt li qrabatu ddikjaraw li kienu qed jirrinunzjaw għall-akkużi li setgħu jirrinunzjaw għalihom.
Il-Qorti , ippreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima, poġġietu taħt ordni ta’ probation għal sena u ordnat ukoll rapport minn social worker fi żmien sitt xhur.
Il-Qorti rabtitu b’garanzija personali ta’ €2,000 għal żmien sena, sabiex ma jdejjaqx lit-tliet vittmi ta’ dan il-każ.