Ilum il-Papa Franġisku beda l-vjaġġ tiegħu lejn il-Kongo u s-Sudan t’Isfel. Dawn huma żewġ nazzjonijiet Afrikani sensittivi fejn kunflitti fit-tul ħallew miljuni ta’ refuġjati u nies ibgħatu l-ġuħ.
Din iż-żjara tal-Papa se ddum sa nhar il-Ħadd 5 ta’ Frar, u li matulha, il-Qdusija Tiegħu, li għandu 86 sena, se jmur f’postijiet fejn nofs il-popolazzjoni hija Kattolika u li l-Knisja għandha rwol kruċjali fis-servizzi tas-saħħa, sistemi edukattivi u anke punt ewlieni biex tinbena d-demokrazija.
Dan il-vjaġġ kien skedat li jsir f’Lulju li għadda, iżda ġie pospost minħabba saħħet il-Papa Franġisku.