Pulizija u gwardjan tal-ħabs li ma kienux xogħol ilbieraħ filgħaxija rnexxilhom iżommu persuna li għamlet attentat ta’ serqa f’ħanut tal-ħelu, fi Triq San Edwardu Ħal Qormi.
Fil-ħin li sar l-attentat tas-serqa, jiġifieri għall-ħabta tad-21.30, kien hemm tliet persuni – Żagħżugħa ta’ 18-il sena residenti Ħal Qormi, mara ta’ 33 sena residenti Marsaskala u raġel ta’ 35 sena residenti ukoll Marsaskala.
Il-Pulizija u l-gwardjan tal-ħabs kienu ftit ‘il bogħod minn fejn kienet pjanata s-serqa u l-intervent tagħhom wassal għall-arrest tal-persuna. B’xorti tajba, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.