Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat minn martu Dr Lydia Abela, żaru lis-sorijiet tal-Ursolini.
Permezz tal-mezzi soċjali, il-Prim Ministru qal li żjara bħal din hija “dejjem esperjenza b’ħafna tagħlimiet. Il-ġid li jagħmlu huwa imprezzabbli.”
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-Sorijiet Orsolini ġew imwaqqfa hawn Malta minn Mons. Isidoro dei Conti Formosa fl-1887. Maż-żmien, il-ħidma tagħhom kompliet tinfirex fi skejjel tat-tfal iż-żgħar, fit-tagħlim tal-katekiżmu u f’oqsma oħra, sew f’ Malta kif ukoll barra.