Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Awstralja hekk kif fil-finali indiviwali li saret dalgħodu f’Melbourne għeleb lit-tennista grieg Stefanos Tsitsipas bi skor ta’ 6-3 7-6 7-6. B’din ir-rebħa Djokovic laħaq lill-ispanjol Rafael Nadal bir-rebħ ta’ 22 titlu Grand Slam fil-karriera.
Ir-rebħa tal-lum taffiet id-diżappunt li kellu Djokvic is-sena l-oħra meta ma kienx tħalla jieħu sehem fl-istess Open tal-Awstralja minħabba li ma kiex vaċċinat. Grazzi għar-rebħa tal-lum it-tennista serb se jkun ukoll qed jirritorna fl-ewwel post tar-rankings internazzjonali.
Fil-finali tal-lum, Djokovic beda tajjeb meta rebaħ l-ewwel set 6-3 iżda sab sfida iebsa fiż-żewġ sets l-oħra li kienu t-tnejn li huma missielta.
Aryna Sabalenka tirbaħ l-Individwali tan-Nisa u l-ewwel Grand Slam tal-karriera
Intant it-tennista mill-Belarus Aryna Sabalenka rebħet l-individwali tan-Nisa meta fil-finali għelbet lil Elena Rybakina bi skor ta’ 4-6, 6-3, 6-4.
Għal Sabalenka dan kien l-ewwel titlu Grand Slam fil-karriera tagħha.
Hija kienet qed tikkompeti taħt bandiera newtrali minħabba l-fatt li pajjiżha huwa sospiż minn dawn il-kompetizzjonijiet kawża tal-appoġġ li qed jagħti lill-attakki russi fuq l-Ukrajna.