Raġel ta’ 43 sena mis-Sannat jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex.
L-inċident seħħ f’nofsilejl fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn Hyundai Getz misjuqa mill-vittma u Toyota IQ misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti x-Xagħra, Għawdex; miegħu kien hemm mara ta’ 38 sena kienet passiġġiera fit-Toyota.
Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura. Is-sewwieq tat-Toyota IQ ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgitte Sultana li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
Ritratti : Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.