Id-dipartiment tal-pulizija f’Memphis l-Istati Uniti tneħħa b’mod permanenti wara li l-uffiċjali tiegħu qed jiġu akkużati li qatlu lil Tyer Nichols.
Tyer Nichols ta’ 29 sena inqatel ftit tal-jiem ilu wara li ħames uffiċjali tal-pulizija bdew isawtuh inġustament.
Fl-istqarrija li taw l-uffiċjali qalu li Nichols irreżista l-arrest, iżda filmat li dar mal-erbat irjieħ tad-dinja juri mod ieħor.
Dan id-dipartiment kellu miegħu 50 persuna u kellu missjoni li jnaqqas il-livelli ta’ kriminalità f’oqsma partikolari. Fi stqarrija, id-dipartiment qal li huwa fl-aħjar interess ta’ kulħadd li jitneħħa.
Omm il-vittma tkellmet pubblikament u qalet li mhux se tieqaf sakemm kull persuna responsabbli għall-mewt ta’ binha jieħu dak li ħaqqu.